Ippermettili, però ma nħalltux hawn. Jien sa ġejt offrut nikkontesta
l-elezzjonijiet ma' l-Azzjoni Nazzjonali u irrifjutajt għal motivazzjonijiet
u raġunijiet personali u politiċi. Voldiri naf x'inhi s-sitwazzjoni aħjar
minn uħud hawn.

L-Azzjoni Nazzjonali huwa partit politiku, mhux organizzazzjoni
non-governattiva jew kwalunkwe stat ġuridiku/programmatiku għandu l-MLUG. Hemm
nies fl-Azzjoni Nazzjonali li soffrew inġurji, diskriminazzjonijiet fuq
il-post tax-xogħol, trasferimenti, pressjonijiet minn terzi persuni, theddid
u oltre. Dan soffrejthom jien ukoll, u mhux waħdi. L-MLUG, jew xi ħadd
involut, esperjenza dan? L-AN għandhom raġun iħabbtu saqajhom speċjalment
meta ma jkopruhomx biżżejjed mentri l-opinjonisti kollha (li spiss jipprovdu
l-istess pożizzjonijiet liberali) jattakkawhom ma' kull opportunità. Dan sa
fejn naf jien ma jeżistix għal MLUG, anzi onestament ħafna nies la jafu li
l-Linux jeżisti u għaldaqstant aħseb u ara kemm jafu li jeżisti l-MLUG.
Naħseb dik l-akbar problema għal MLUG, u la għax ma jkoprukomx u lanqas għax
ma jtukomx spazju. Għall-ħafna, onestament, intom ma teżistux u lanqas
il-Linux ma jeżisti. Li tqabbel l-Azzjoni Nazzjonali ma' l-MLUG huwa li
tagħmel paragun li ma jreġġhix. Però vera, hemm bżonn li ssir xi ħaġa denja
li tiġi kopruta u nżid li personalment mingħand il-MLUG qatt ma rajtha tali
ħaġa. Dan mhux biex immaqdar lil ħadd, anzi napprezza ċertu
militanza/entużjażmu favur il-Linux.

Dawk li jużaw il-Linux m'humiex ħafna, u dik hija r-realtà, ma jidhirlix
lanqas li min juża l-Windows qed jiġi msemmi ta' kuljum ta. Forsi deċiżjoni
reċenti fuq livell ta' l-UE kontra l-ippakkeġġjar tal-Windows awtomatikemt
ma' computer ġdid tista' tagħti lok għal offensiva hawn.

Hemm bżonn tieqaf din il-militanza vittimistika attwali magħġuna ma'
trijonfaliżmu futur u ninsew ir-realtà u kif nistgħu nagħmlu passi konkreti
biex inbiddluha. Il-mentalità tal-vittma, ta' l-underdog, ma twassalx
għall-avvanzi iżda tippretendi li ħaddieħor itik il-vittorja fuq platt bi
dritt. Dik għalija hija problema tad-dinja tal-Linux, staġnata fil-battibekk
mal-Windows. Spiss il-kampanja favur il-Linux hija sempliċi waħda
t'oppożizzjoni għall-Windows, naħseb hemm bżonn li l-istess kampanja
tinbidel f'waħda iffokata esklussivament fuq il-Linux u l-vantaġġi tiegħu di
per se u dan l-aktar meta kif jitpinġa l-Linux huwa tant superjuri. Issa qed
nirreferi għall-kampanja ġenerika favur il-Linux globalment, mhux dik
Maltija speċifikatament. Anzi, inżid, mingħajr ma rrid noffendi lil ħadd, li
f'Malta din il-kampanja favur il-Linux għalija ma teżistix pubblikament
b'mod effettiv, u jien ilni nuża l-Linux regolarment għal żmien issa u
insegwi li jingħad dwaru u nippromwovih ma' min nista'.

Iffokaw l-aktar fuq dawk in-nies li ma jużawx il-computer biex jilgħabu
(għax ngħiduha kif inhi, dan blokk kbir għal-Linux fejn ħafna nies li
jilgħabu u jaħdmu fuq il-computer mhux disposti joqgħodu jaqilbu minn
sistema għall-oħra skond l-użu), dawk li għandhom bżonn inaqqsu l-ispiża
iżda ma jistgħux jużaw programmi ikkuppjati (nafu r-realtà Maltija
fil-qasam) tipo entitajiet kummerċjali u organizzazzjonijiet filantropiċi et
cetera. Organizzaw skwadra li lesta anke tagħmel dimostrazzjonijiet
tal-Linux lil min hu interessat et cetera li għandha tiffoka fuq
is-sempliċità ta' l-użu tal-Linux, l-istabilità tas-sistema u s-sigurtà
tagħha. Importanti ukoll, taħdmu biex issir verżjoni deċenti tal-Linux
bil-Malti jekk tridu tippromwovu l-Linux f'Malta, u b'użu ta' Malti deċenti
la Ingliżat mingħajr kreattività u lanqas xi Malti maqbud f'ċertu politika
lingwistika antikwata tal-Malti Safi. HEMM BŻONN KAMPANJA PUBBLIĊITARJA
DEĊENTI, mingħajr flus tista' tgħannaq u tbus però ma twassalx messaġġ fejn
jolqot.

Jien sempliċi persuna li tuża l-Linux regolarment 'l fuq minn sena naħseb
issa, u ma nifhimx oltre dak, voldiri hawn nies aktar esperti li jistgħu
joħorġu b'ideat aħjar. Li kieku mhux okkupat bl-istudji, u proġetti u
organizzazzjonijiet oħra nagħti daqqa t'id fil-prattika, għalissa
offrejtilkom x'naħseb.

Ederico.

3. I disagree, It is our fault (as linux users) we are not reported enough,
> don't be like AN; do not bang your feet the media is not covering you, if
> anything do not do it through that very same media, do something worth
> covering, first. (at least that will probably be the editor's and readers
> POV)
>


-- 
"Meglio combattere per un sogno, che cedere per un incubo." - Ederico.

Il patriottismo è "...quella maschia energia e forza di volontà..." - Enrico
Mizzi il "cavaliere senza macchia e senza paura" - Simbolo del nazionalismo
maltese integrale - Otto Settembre 1904.

"La storia ci mostra come di mano in mano che si andò cancellando il nostro
genio proprio e nativo, crescesse in proporzione la pieghevolezza servile e
una docilità funesta a seguire gli esempi e imbeversi ciecamente delle
massime esterne. Dal che fu ribadito e reso perpetuo il nostro servaggio,
conciossiachè mal può racquistar di fuori volto ed essere di nazione chi ha
perduta la molla intrinseca che ne è l'elaterio e il fondamento." - Vincenzo
Gioberti, nazionalista italiano.
_______________________________________________
MLUG-list mailing list
[email protected]
http://mailserv.megabyte.net/mailman/listinfo/mlug-list

Reply via email to